IL-KBIR GHADU GEJ

Details

Producer: Freddie Portelli
Venue: Republic Hall


Description

Freddie Portelli m’għandu bzonn l-ebda’ introduzzjoni. Tista’ tgħid li huwa prattikament istituzzjoni nazzjonali. Fl-2019, il-mużika ta’ Freddie Portelli se ssir musical. Diġa hemm ħafna eċitament għal dan il-jukebox musical bil-hits kollha ta’ Freddie Portelli. Iva – se jkollna tista’ tgħid il-verzjoni Maltija ta’ xi ħaġa bħal We Will Rock You, il-gost a’ la Mamma Mia. Il-musical huwa miktub minn Malcolm Galea, li huwa magħruf mhux biss bħala l-moħħ wara ħafna pantomimi ta’ suċċess izda wkoll wara l-kitba tal-musical tant popolari Porn – The Musical. Skont dak li smajna, it-tim kreattiv u l-kast se jkun imħabbar fil-ġimgħat li ġejjin, izda l-kelma qed tinxtered li dan il-musical se jkollu ismijiet kbar fuq il-palk. Sean Buhagiar se jerġa jkun fuq is-siġġu tad-direttur għal musical, wara s-suċċess li kiseb fid-direzzjoni tiegħu ta’ musical għal Balzunetta Towers. L-arranġamenti muzikali u live band se jkunu taħt id-direzzjoni ta’ Maestro Dominic Galea nniffsu. Ħafna mill-kanzunetti ta’ Freddie Portelli huma parti mill-memorja kollettiva ta’ dan il-pajjiz; Mur Ħallini tista’ tgħoddha bħala l-aktar kanzunetta Maltija rock n’ roll magħrufa li qatt inkitbet. Fil-musical se nisimgħu ħafna aktar suċċessi ta’ Freddie fosthom Viva Malta, Xewqat Sbieħ, Se Jkolli Nemmen u Għal Dejjem, izda se nisimgħu ukoll kanzunetti popolari oħra bħal Bħalek Hawn Kemm Trid, Ma Taħraqni B’Xejn u Dak ir-Rock ‘n’ Roll. 

 

Bis-sehem ta' Kevin Borg, Amber, Davide Tucci, Marilena, Luke Dalli, Max Dingli, Colin Fitz Mark Tonna, Leontine, Taryn Mamo Cefai, Michela Galea, Petra, Frank Zammit u ħafna oħrajn, IL-KBIR GĦADU ĠEJ se jkun qed isir f’Dar il-Mediterran - f’Awwissu 2019. Il-premier se tkun fid-9 t’Awwissu u se jkun qed jintwera għal zewġ weekends. It-teatru għandu l-arja kkundizzjonata.

 

Il-musical huwa ssuportjat mill-Kunsill Malti Għall-Arti Kinnie, APS Bank, Transport Malta u PBS Malta.



Schedule

Friday, 09 August 2019
20:30
Saturday, 10 August 2019
20:30
Wednesday, 14 August 2019
20:30
Thursday, 15 August 2019
20:30
Friday, 16 August 2019
20:30
Saturday, 17 August 2019
20:30

eventsMORE EVENTS

WE WILL ROCK YOU
Read More
WE WILL ROCK YOU
Read More
WE WILL ROCK YOU
Read More